Event Details

Laqgħa ta' Konsultazzjoni: Is-Servizzi u t-Trasparenza Finanzjarja tal-Portijiet

27 November 2013

Il-MEUSAC, flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, organizza sessjoni ta’ konsultazzjoni fuq Proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet. KUMM(2013) 296.

Din il-konsultazzjoni iffokat l-iktar fuq:
• Il-bżonn li jiġu żviluppati konnessjonijiet taż-żoni interni li huma identifikati sew bħala sfida importanti u dan diġà huwa indirizzat permezz tal-politika tat-TEN-T.
• Tliet kwistjonijiet li jistgħu jżommu lis-servizzi portwarji milli jkunu organizzati bl-aħjar mod: (i) pressjoni kompetittiva dgħajfa li huma suġġetti għaliha ħafna mis-servizzi portwarji minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas swieq; (ii) monopolji jew oligopolji li jistgħu jwasslu għal abbużi tas-suq; u (iii) piżijiet amministrattivi żejda marbuta mal-użu ta’ dawn is-servizzi f'ċerti portijiet, minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni fi ħdan il-portijiet.
• L-investimenti meħtieġa biex il-kapaċitajiet portwarji jiġu adattati għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu huma possibbli biss f'qafas politiku u regolatorju stabbli li jnaqqas l-inċertezzi ekonomiċi u li jiżgura kundizzjonijiet ekwi.

Din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni saret nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2013, ġewwa Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta.

 

Dokumenti

 

Preżentazzjonijiet

 

Ritratti