Event Details

Emendi għad-Direttiva dwar l-Istudju tal-Impatt Ambjentali

7 December 2012

Il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) flimkien mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-Istudju tal-Impatt Ambjentali (EIA) ta’ dawk il-proġetti pubbliċi u privati li jista’ jkollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, qabel ma dawn jiġu awtorizzati.

Il-proposta ser issaħħaħ il-kwalità tal-istudji dwar l-impatt ambjentali bil-għan li jinkiseb livell għoli tal-ambjent. Barra minn hekk, il-proposta ser ittejjeb il-koerenza u s-sinerġiji ta’ din il-politika ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni Ewropea; kif ukoll tissimplifika l-proċeduri, bil-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi żejda.

Din il-laqgħa inżammet nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2012, fis-sala tad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, Belt is-Sebħ, il-Furjana.

 

Dokumenti

Consultation Brief

Proposal for a revised EIA Directive – COM(2012)628

Proposed EIA Directive Articles

COM(2012) 628 [MT]

COM(2012) 628 [EN]

 

Ritratti