Event Details

It-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

26 November 2012

Il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) organizzaw laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE li tirregola l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE). Din id-Direttiva, li tirrevedi liġijiet eżistenti dwar il-WEEE, għandha l-għan li ttejjeb il-ġbir, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, li tillimita l-esportazzjonijiet illegali ta’ skart ta’ dan it-tip mill-Unjoni Ewropea, u li ttejjeb l-impatt ambjentali tal-operaturi kollha involuti fis-settur, sabiex inaqqsu l-iskart u jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi.

L-għan ta’ din il-laqgħa, illi saret nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru 2012 f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta, kien li jinġabru l-kummenti u l-opinjonijiet ta’ dawk involuti, jew interessati f’dan is-settur qabel din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-Liġi Maltija.

 

Dokumenti

WEEE Recast Directive

Consultation Paper on the transposition and implementation of Directive 2012/19/EU

 

Ritratti