Event Details

Laqgħa ta' Konsultazzjoni: Il-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020

30 July 2012

F’dawn l-aħħar għaxar snin, il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) tat kontribut ġenwin għall-konverġenza u t-tkabbir fl-UE. Madwar l-UE kollha, din il-politika ħolqot iktar minn miljun impjieg, investiet fit-taħriġ biex ittejjeb l-impjegabilità ta’ 'l fuq minn għaxar miljun ruħ, ikkofinanzjat il-bini ta’ toroq u linji tal-ferrovija, u waqqfet mill-inqas 800 000 Intrapriżi Żgħar u Medji.

F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea adottat proposti ġodda għall-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2014-2020. Dawn il-proposti ġew imfassla biex jagħtu spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi madwar l-Ewropa biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija ‘Ewropa 2020’.

Il-MEUSAC, flimkien mad-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-proposti tal-Kummissjoni għall-politika ta’ koeżjoni 2014-2020. Din il-laqgħa saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju 2012, f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.

 

Dokumenti

 

Ritratti