Event Details

Pjan ta' Azzjoni dwar l-Enerġija sal-2050

11 July 2012

Il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) flimkien mal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ‘Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija sal-2050’. Dan il-Pjan jiffoka fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra madwar l-Unjoni Ewropea (UE), fil-kuntest tal-mira ta’ tnaqqis ta’ bejn 80% u 95% fl-emissjonijiet tal-UE sal-2050, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-kompetittività.

Il-laqgħa saret nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Lulju 2012, f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta.

 

Dokumenti

 

Ritratti