Event Details

Laqgħa ta' Konsultazzjoni: L-isfidi u l-opportunitajiet għat-turiżmu marittimu u dak kostali

14 June 2012

Fil-proċess ta’ ħidma biex titfassal strateġija tal-Unjoni Ewropea dwar it-turiżmu marittimu u dak kostali, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika biex tikseb l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għat-turiżmu marittimu u kostali fl-Ewropa.

Għal dan il-għan, il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni marbuta ma’ dan is-settur vitali għall-ekonomija Maltija.

Il-laqgħa saret nhar il-Ħamis, 14 ta’ Ġunju 2012 fl-uffiċċji tal-MEUSAC fil-Belt Valletta.

 

Dokumenti

 

Ritratti