Event Details

Laqgħa ta' Konsultazzjoni: Standards ta' kwalita' ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

3 April 2012

Il-Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC), flimkien mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA), organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tal-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (Direttiva 2000/60/KE u Direttiva 2008/105/KE). Sustanzi ta’ prijorità huma dawk is-sustanzi kimiċi identifikati fost dawk li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku.

Din il-proposta tinkludi fost l-oħrajn iż-żieda ta’ ħmistax-il sustanza ta’ prijorità, inklużi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, sustanzi użati fil-prodotti bijoċidi, kimiċi industrijali u ingredjenti mediċinali attivi. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll titjib fil-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ dawk il-kimiċi li jikkontaminaw l-ilma, kif ukoll mekkaniżmu sabiex tinkiseb informazzjoni aħjar dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi oħrajn li jniġġsu u li fil-futur jistgħu jiġu kkontrollati fuq livell Ewropew.

Il-laqgħa saret nhar it-Tlieta, 3 ta’ April 2012 fl-uffiċċji tal-MEUSAC, il-Belt Valletta.

 

Dokumenti

 

Gallery