Event Details

Laqgħa ta' Konsultazzjoni: Il-Prevenzjoni, it-Tnaqqis u l-Kontroll tal-Ħsejjes

28 March 2012

Il-Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC) flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, il-Kultura, u l-Ambjent organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-White Paper għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tal-ħsejjes. Din il-White Paper tevalwa kull xorta ta’ ħsejjes li bħalissa huma regolati permezz ta’ liġijiet differenti. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, ħsejjes minn trasport bl-art, bil-baħar u bl-ajru, ħsejjes mill-kostruzzjoni u attivitajiet industrijali, storbju fuq il-post tax-xogħol, minn postijiet ta’ divertiment u minn avvenimenti ta’ darba bħalma huma kunċerti.

Din il-laqgħa saret nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2012, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, u infetħet mill-Onor. Dott. Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, il-Kultura, u l-Ambjent.

 

Programm

 

Dokumenti

 

Gallery