Event Details

Laqgħa ta' Konsultazzjoni f'Għawdex: Is-Siti Terrestri ta' Natura 2000

25 June 2013

Il-Malta-EU Steering and Action Committee - MEUSAC flimkien mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar - MEPA, organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni f'Għawdex għall-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi, Għaqdiet Mhux Governattivi, Assoċjazzjonijiet Nazzjonali, Koperattivi, Għaqdiet tar-Residenti u Operaturi ta' Stabbilimenti f'Siti ta' Natura 2000 dwar it-Tħejjija ta' Pjanijiet ta' Tmexxija u Miżuri ta' Komunikazzjoni għal Siti Terrestri ta' Natura 2000 fil-Gżejjer Maltin.

It-tħejjija ta’ Pjanijiet ta’ Immaniġġjar u qafas leġiżlattiv toħroġ minn obbligu legali li jitħejjew miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għal siti protetti kif stabbilit fir-Regolamenti għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ħabitati Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006 kif emendat) ippubblikati taħt l-Att dwar l-Ippjanar Ambjentali u Żvilupp. Dawn ir-Regolamenti jdaħħlu, fost ħwejjeġ oħra, l-obbligi tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħabitati (Direttiva tal-Kunsill 92/43/EEC).

Din il-laqgħa saret nhar it-Tlieta 25 ta' Ġunju 2013 fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex, ir-Rabat.

 

Dokumenti

 

Ritratti