Forum Malta fl-Ewropa
Home | Logon     

Seminar ghar-rahhala u l-bdiewa dwar il-Miżura 121

Il-MEUSAC, flimkien mal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Bank of Valletta, organizza sessjoni ta’ informazzjoni ghall-bdiewa, ir-rahhala u r-rappreżentanti taghhom dwar il-Miżura 121.  Din l-attività saret nhar l-Erbgha 3 ta’ Dicembru fil-BOV Centre, Sta Venera.  L-ghan ta’ din l-attività kien biex jigi mfisser l-iskop ta’ din il-miżura li ser tkopri titjib u mmodernizzar generali ta’ strutturi agrikoli, investimenti ambjentali u investimenti li huma konformi ma’ normi b’livelli stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.  Gie spjegat ukoll il-process ta’ kif ghandha timtela’ l-applikazzjoni kif ukoll il-process tal-ghażla.

 

Ghal din il-laqgha gew mistiedna dawk il-bdiewa li huma registrati mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig (ETC) (kemm fuq bażi full-time kif ukoll part–time), l-organizzazzjonijiet u l-ghaqdiet li jirrappreżentawhom, il-koperattivi u dawk kollha li ghandhom interess f’dan il-qasam.

Programme

Content Disclaimer - Accessibility Statement - Privacy Statement - Copyright Notice