Forum Malta fl-Ewropa
Home | Logon     

Il-processi ta' konsultazzjoni - Laqgha ghall-ghaqdiet tas-socjeta civili f'Ghawdex

Is-Segretarjat Parlamentari għal-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, flimkien mal-Malta-EU Steering and Action Commitee (MEUSAC), il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Kummissarju għall-Organizzazzjoni Volontarji nhar is-Sibt 28 ta’ Frar, organizzaw laqgħa għall-għaqdiet mhux governattivi dwar is-sehem tas-soċjeta ċivili fil-proċess ta’ konsultazzjoni.

 

F’din il-laqgħa ġew introdotti l-istrutturi nazzjonali li l-għan prinċipali tagħhom hu l-konsultazzjoni fuq diversi materji, b’laqtiet nazzjonali u Ewropej. Il-laqgħa offriet il-possibiltà li rappreżentanti ta’ għaqdiet tas-soċjetà ċivili jsiru jafu iktar dwar il-MEUSAC, l-MCESD u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji u x’joffru għall-għaqdiet tagħhom; jistabilixxu kuntatt ma’ uffiċjali fi ħdan dawn l-organizzazzjonijiet, u jgħarrfu kif jistgħu jisfruttaw aħjar il-proċessi ta’ konsultazzjoni eżistenti.

 

Il-kelliema prinċipali kienu Dott. Vanni Xuereb - Kap tal-MEUSAC; is-Sur Joseph Montebello - Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD, is-Sur Antione Vassallo - Segretraju tal-Kumitat Reġjonali tal-MCESD f’Għawdex u President tal-Assoċjazzjoni tal-NGOs Għawdxin u l-Prof. Kenneth Wain, il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

 

Id-diskors tal-għeluq sar mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni.

Programme

Gallery

<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
  
Content Disclaimer - Accessibility Statement - Privacy Statement - Copyright Notice