To subscribe to our newsletters, enter your email address below.
Il-MEUSAC, flimkien mal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Bank of Valletta organizza sessjoni ta’ informazzjoni ghall-intraprizi involuti fl-ipprocessar ta’ prodotti agrikoli dwar il-Miżura 123. Din l-attività saret nhar il-Gimgha 20 ta’ Marzu fil-BOV Centre, Sta Venera. L-ghan ta’ din l-attività kien biex jigi mfisser l-iskop ta’ din il-miżura u gie spjegat ukoll il-proċess tal-għażla.
Ghal din il-laqgha gew mistiedna dawk kollha involuti fis-settur tal-ipproċessar. Indirizzaw din il-laqgha ufficjali mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, ghalaq din il-laqgha.