Forum Malta fl-Ewropa
Home | Logon     

Seminar ghall-Kunsilli Lokali dwar opportunitajiet ta' fondi mill-Pjan ta' Zvilupp Rurali

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, bil-kollaborazzjoni tal-MEUSAC, organizza sessjoni ta’ informazzjoni għall-Kunsilli Lokali kollha dwar żewġ miżuri mill-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali (2007-2013) li minnhom jistgħu jibbenefikkaw il-Kunsilli Lokali f’żoni rurali

 

Din l-attività saret nhar it-Tnejn 6 ta’ April fil-Kunsill Lokali tan-Naxxar. L-għan ta’ din l-attività kien li jiġi mfisser l-iskop ta’ dawn l-inizjattivi.

 

Il-Mizura 313: Titjib fil-kwalita’ ta’ Ħajja fi nħawi rurali u diversifikazzjoni ta’ l-Ekonomija Rurali

Din il-Miżura għandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp sostennibbli u l-użu effiċjenti tar-riżorsi rurali għall-qasam turistiku sabiex jipprovdu servizzi pubbliċi u kumditajiet simili.  Dan jiżgura li dawn l-inħawi ikomplu jingħataw il-ħajja u l-importanza xierqa li jistħoqqilhom. Fost l-azzjonijiet li ser tippromovi din il-miżura hemm li jikkreaw, jiffaċilitaw, u jmantnu aċċess ta’ nħawi ta’ nteress, jwasslu għall-restawr t’attrazzjonijiet turistiċi, jwasslu għal apprezzament tan-natura bħal osservazzjoni ta’ l-għasafar u mixjiet fil-kampanja kif ukoll jippromovu avvenimenti u attrazjonijiet mibnija fuq il-wirt naturali u dak fiziku

 

Il-Miżura 323: Konservazzjoni u titjib fil-livell tal-wirt rurali

L-għan ta’ din il-miżura hu li jtejjeb il-kwalita’ ta’ ħajja fi nħawi rurali billi jkompli jsaħħaħ il-pajsaġġ li joffru il-gżejjer Maltin. Din il-miżura  tgħin f’investimenti bħal l-konservazzjoni, restawr u titjib tal-livell tal-wirt naturali u fiżiku.  Din l-iskema tinvolvi ħidmiet reġjonali li jiġu realizzati permezz tal-Kunsilli Lokali.  Dawn jinvolvu azzjonijiet bħal ma huma restawr ta’ kappelli, giren mibnija b’mod tradizzjonali, pontijiet ta’ mportanza storika, barumbari, mtieħen, ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali kif ukoll kanali naturali ta’ l-ilma.  Sabiex dawn il-ħidmiet ikunu eliġibbli dawn iridu jseħħu f’żoni rurali u l-barra minn żoni urbani.

Programme

Gallery

<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
  
Content Disclaimer - Accessibility Statement - Privacy Statement - Copyright Notice