To subscribe to our newsletters, enter your email address below.
Bhala parti mill-programm ufficjali mhejji mill-Gvern sabiex jigi mfakkar il-5 anniversarju tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) organizza konferenza nazzjonali fl-20 ta’ Mejju 2009. Il-Konferenza, gabet l-isem 5 Snin fl-Unjoni Ewropea u saret fil-lukanda Corinthia San Gorg, San Giljan.
Din il-konferenza ta’ gurnata involviet il-partecipazzjoni ta’ bosta kelliema u mistednin distinti fosthom Josef Formosa Gauci (Kap Ezekuttiv – Awtorita’ Maltija tat-Turizmu), Alan Camilleri (Chairman – Malta Enterprise & Malta Industrial Parks), Prof. Joe Bannister (Chairman – Awtorita’ Maltija tas-Servizzi Finanzjarji) u Marlene Bonnici (Direttur Generali – Divizjoni ghall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni al-Prijoritajiet fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru).
Inkludiet ukoll zewg sessjonijiet ta’ diskussjoni bil-partecipazzjoni ta’ bosta personalitajiet fosthom il-Kap tal-Ufficcju ta’ Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Kap tar-Rapprezentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, kif ukoll ir-rapprezentanti Maltin fl-istituzzjoniiet Ewropej.
Fetah il-Konferenza s-Segretarju Parlamentari Dr Chris Said u d-diskors tal-gheluq sar mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi.