To subscribe to our newsletters, enter your email address below.
Il-MEUSAC, flimkien mal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Bank of Valletta, organizza sessjoni ta’ informazzjoni għall-bdiewa, ir-raħħala u azjendi minn kull settur agrikolu, l-industrija tal-agro-proċessar u l-Għaqdiet tal-Produtturi. Din l-attività saret nhar il-Gimgha 20 ta’ Novembru fil-BOV Centre, Cannon Road, Sta Venera. L-għan ta’ din l-attività kien biex jiġi mfisser l-iskop ta’ dawn il-miżuri.
Miżura 133: Attivitajiet ta’ Informazzjoni u Produzzjoni rigward Skemi ta’ Kwalita` tal-Ikel - L-għan ta’ din il-miżura hu li l-Għaqdiet tal-produtturi jilħqu lill-konsumatur billi jorganizzaw attivitajiet fejn ikunu jistgħu jippromovu dawn il-prodotti ta’ kwalita` li huma jipproduċu. L-informazzjoni, l-promozzjoni u reklamar ta’ dawn il-prodotti għandhom ikunu diretti biss għas-suq intern u m’humiex permessi li jirreklamaw ditti kummerċjali.
Mizura 132: Partecipazzjoni tal-Bdiewa fi Skemi ta’ Kwalita` tal-Ikel - Din il-miżura taħseb biex tgħin lill-bdiewa u raħħala jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalita`. L-ispejjeż elegibbli jinkludu spejjeż biex tiġi mixtrija iċ-ċertifikazzjoni u l-kontribuzzjoni annwali għaċ-ċertifikazzjoni
Mizura 124: Għajnuna Għall-Iżvilupp ta’ Prodotti, Proċessi u Teknoloġiji ġodda fil-Bidja u Settur ta’ l-Ikel. L-Għajnuna taħt din il-miżura ser tkun limitata għal € 120,000 kull proġett fuq medda ta’ tliet snin.
Miżura 142: Twaqqif ta’ L-Għaqdiet tal-Produtturi - L-għajnuna taħt din il-miżura ser tkun limitata għat-twaqqif u l-amministrazzjoni ta’ dawn l-għaqdiet tal-produtturi. Għajnuna ser tingħata wkoll lil dawk l-għaqdiet tal-produtturi li flimkien jiġbru produtturi li jipproduċu prodotti ta’ kwalità li ġew rikonoxxuti uffiċjalment skond il-leġiżlazzjoni komunitarja jew skond xi skema ta’ kwalità nazzjonali.
Miżura 111: Stħarriġ, Informazzjoni u Diffużjoni ta’ Tagħrif -Għajnuna taħt din il-miżura ser ikopri stħarriġ li ma jiffurmax parti mill-progarmmi normali jew sistemi ta’ edukazzjoni agrikulturali f’livelli sekondarji jew ogħla, kif ukoll attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u azzjonijiet tad-diffużjoni ta’ informazzjoni.