Forum Malta fl-Ewropa
Home | Logon     

Civil Society Fund 2009-2010

Nhar il-Gimgħa 18 ta’ Diċembru 2009, fl-uffiċċji tal-MEUSAC, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris  Said, ippreżenta għotjiet lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili taħt il-Fond tas-Soċjetà Ċivili.

 

L-iskop tal-Fond għas-Soċjetà Ċivili huwa li jgħin lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsaħħu l-kapaċità li joperaw f’kuntest tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea billi  jiffaċilità l-parteċipazzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet f’għaqdiet, assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet fuq livell Ewropew u l-attendenza f’konferenzi, seminars u laqgħat barra minn Malta fuq materji relatati direttament mal-UE u fil-kuntest tal-affiljazzjoni fuq livell Ewropew.  Is-sejħa għal applikazzjonijiet ħarġet f’Awwissu ta’ din is-sena bl-għan li tgħin fil-finanzjment ta’ dawn l-attivitajiet. 

 

Is-somma totali allokata għal din is-sena, li permezz tagħha ibbenefikaw b’kollox 25 organizzazzjoni, kienet ta’ €278,472.27.  Il-finanzjament massimu hu ta’ 80% tal-ispejjeż relatati mal-affiljazzjoni tal-organizzazzjonijiet eleġibbli f’għaqdiet, assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet Ewropej.

Gallery

<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
<i>Photo courtesy of DOI</i>
Photo courtesy of DOI
  
Content Disclaimer - Accessibility Statement - Privacy Statement - Copyright Notice