To subscribe to our newsletters, enter your email address below.
F’Marzu li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol. Is-sena l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri ma kienux qablu dwar il-proposta preċedenti tal-Kummissjoni. L-għan tal-Komunikazzjoni l-ġdida hu biex il-Kummissjoni ssir taf il-fehmiet tal-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli tal-azzjoni tal-UE fir-rigward ta’ din id-Direttiva.
Din il-Komunikazzjoni ġiet diskussa mill-Core Group tal-MEUSAC fil-laqgħa li saret il-Ġimgħa, 30 ta’ April. Dott. Noel Vella, Direttur għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, ippreżenta l-punti ewlenin tal-Komunikazzjoni lill-membri tal-Core Group. Semma li l-kwistjonijiet prinċipali li dwarhom hemm diskussjoni miftuħa huma:
Dott. Vella tenna li sigħat twal fuq il-post tax-xogħol jistgħu jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Fl-2006, f’Malta sar studju ta’ 500 impjegat fis-settur pubbliku u f’dak privat fejn irriżulta li iktar minn 10% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ jaħdmu iktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa b’mod regolari. Huwa qal li l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema huwa l-għan ewlieni tad-Direttiva. Madankollu, għandhom jitqiesu wkoll għanijiet oħra, fost dawn, l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol li għandhom iwasslu għal titjib fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, billi jipprovdu lill-ħaddiema bil-ħin li jeħtieġu biex iwettqu r-responsabbiltajiet familjari tagħhom.
B’mod ġenerali d-diskussjoni iffukat fuq is-sigħat tax-xogħol. Il-membri tal-Core Group esprimew pożizzjonijet differenti dwar l-użu tad-deroga.
Issemma kif Malta hija l-uniku pajjiż membru tal-UE fejn il-unjins u l-għaqdiet ta’ min iħaddem jaqblu li d-deroga m’għandix titneħħa mid-Direttiva.